Notice: file_put_contents(): Write of 644 bytes failed with errno=28 No space left on device in /www/wwwroot/muzbon.net/system/url_helper.php on line 265
The Travellers - Siġġu Vojt | Скачать MP3 бесплатно
Siġġu Vojt

Siġġu Vojt

The Travellers

Альбом: Inżul U Tlajja’
Длительность: 3:18
Год: 2021
Скачать MP3

Текст песни

Kemm seta' kelli, forsi xi seba' snin,
niftakar ċar, konna quddiem id-dar.
Ġurnata pjuttost xitwija, b'sema iswed skur,
donnu li dak il-jum, kien diġà mimli dmugħ.

U għaddiet f'ħakka t'għajn bħal berqa billejl,
riħa ta' ħruq u dmija fuq ix-xufftejn.
Kellimni papà! B'għajnejk it-tnejn miftuħin
iżda ġismek mitluq, maqbud qalb il-ħadid.

Qabduni minn wara u kaxkruni 'l bogħod,
ommi bdiet tibki, tgħajjat, tirtogħod.
U f'kemm ilna ngħidlek spiċċajna l-isptar
iħeġġuni ngħid ċaw, lilek papà!

Jien hawn, għalik.
La tibżax,
ejja nimxu din il-mixja id f'id.

Inwiegħdek żgur mhux ser ninsik
għax miegħek qed nagħmel patt
li nħalli siġġu vojt, dejjem għalik.

Kemm seta' kelli, forsi xi tletin,
tiskanta kif xi kultant jgħaddi l-ħin.
Soqt id-dar waħdi bil-mija u għoxrin,
wara balla xorb, u ftit drogi.
U hekk f'ħakka t'għajn rajt kollox idur,
niftakar hu biss li kien hemm raġel maqtul.
Ibnu jwerżaq, dmija fuq ix-xufftejn,
Kellimni papà, ċaqlaq idejk!

Qabduni minn wara u kaxkruni 'l bogħod,
tefgħuni ġo ċella waħdi nirtogħod.
Dat-tifel sar orfni bħalma orfni kont jien,
kellu jmur fuq missieru jgħidlu dal-kliem.

Jien hawn, għalik.
La tibżax,
ejja nimxu din il-mixja id f'id.

Inwiegħdek żgur mhux ser ninsik
għax miegħek qed nagħmel patt
li nħalli siġġu vojt, dejjem għalik.